Proġetti ambjentali, afforestazzjoni u ġonna pubbliċi

Proġetti ta' afforestazzjoni F'Baħar Iċ-Ċagħaq, Swatar, Wied Blandun u Bormla...proġett ta' €3 miljuni biex jingħaqdu tliet ġonna fil-Furjana

Id-daħla tal-Ġnien tal-Argotti,
Id-daħla tal-Ġnien tal-Argotti,

Fl-2017 Il-Gvern se jkompli  x-xogħol fuq diversi proġetti, fosthom dak tal-Buskett; il-Park ta’ Kennedy Grove u s-Salina; ir-restawr tal-Fortikazzjonijiet u żoni oħra mad-dawra tal-Argotti; u l-park ġdid f’Haż-Żabbar. Dwar proġetti ta’ afforestazzjoni, fl-2017 se jkunu għaddejjin ix-xogħlijiet f’siti indikati f’Baħar iċ-Ċagħaq, l-iSwatar flImsida, quddiem l-isptar Mater Dei, Wied Blandun u Bormla. 

Intant fin-nofsinhar ta’ Malta, il-Gvern qed jeraġ jwiegħed  it-tieni l-akbar park nazzjonali wara dak tal-Majjistral li jestendi mill-impjant ta’ Barkat sa Żonqor Point. 

Waqt id-diskors tal-Baġit il-Ministru Scicluna ħabbar li se jingħaqdu flimkien l-Argotti, il-Ġnien ta’ San Filippu u l-Mall se jinbidlu f’ġonna Botaniċi permezz ta’ proġett stmat li jiswa ’l fuq minn €3 miljun. Ix-xogħol fuq dan il-proġett se jkun għaddej matul l-2017.  

"Nemmnu li hemm bzonn aktar inhawi fejn il-familji jistghu iqattghu il-ħin liberu tagħhom. Għal dan il-għan se ninvestu biex nagħmlu upgrading tal-picnic area ta’ Ta’ Qali. Fl-istess hin, ninsabu fil-proċess li nidentifikaw post fejn naghmlu camping site ġdida."

 

More in Politika