Tevadi t-taxxa? Ma tiddikjarax? ... se tiġi investigat

Se titwaqqaf Joint Enforcement Task Force għall-ġlieda kontra l-kompetizzjoni inġusta fin-negozju u l-evażjoni tat-taxxa

Ġie mħabbar li se titwaqqaf Joint Enforcement Task Force għall-ġlieda kontra l-kompetizzjoni inġusta fin-negozju u l-evażjoni tat-taxxa.

Dan se jsir permezz ta' twaqqif ta' Joint Enforcement Task Force biex tiġi żgurata ħidma konġunta bejn id-Dipartiment tat-Taxxi Interni, id-Dipartiment tal-VAT kif ukoll id-Dipartiment tad-Dwana. It-Tax Compliance Unit ukoll se tkun qed tagħti sehem attiv f’din linizjattiva ġdida.

Fost il-prijoritajiet tal-Joint Enforcement Task Force se jkun hemm kontrolli u spot checks aktar frekwenti fuq min iħaddem impjegati li ma jkunux reġistrati, u fuq sidien ta’ propjetà mikrija li ma tkunx iddikjarata mal-awtoritajiet, kif ukoll kompetizzjoni inġusta minn ċertu importazzjonijiet.

More in Politika