Riformi fil-qasam tal-ġustizzja

Tliet awli ġodda u titjib fis-sistemi online huma fost uħud mir-riformi gudizzjarji proposti f'dan il-baġit

Fl-2017 se jiżdiedu tliet awli ġodda fil-bini tal-Qorti biex l-ammont ta’ awli jitla' għal 27 u jiżdiedu wkoll faċilitajiet infrastrutturali oħra bħal-librerija u training room ġdida.

Barra minn dan, fl-2017 se jkunu qed jitwettqu wkoll dawn il-miżuri oħrajn biex: 

  • Aktar prosekuzzjonijiet jitmexxew mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u mhux mill-Korp tal-Pulizija;  
  • Jitwaqqaf reġistru elettroniku ta’ kumpaniji jew persuni dikjarati insolventi;
  • Tisaħħaħ aktar il-medjazzjoni bħala mod alternattiv biex wieħed jirriżolvi t-tilwim; u
  • Jiżdied l-ammont ta’ atti ġudizzjarji li jistgħu jiġu preżentati online; 

More in Politika