Diskussjoni dwar 'leave' għal dawk li jbatu mill-kanċer

....pazjenti tad-dijabete se jingħataw kura dentali b'xejn, sussidju fuq in-nuċċalijiet u aċċess għal antibijotiċi b'xejn 

Il-Gvern se jibda diskussjoni mal-imsieħba soċjali fuq proposta li saret mill-General Workers' Union, jiġifieri li jinħoloq leave speċjali għal pazjenti li jkollhom bżonn jieħdu l-kura tal-kanċer. 

Din il-wegħda tiġi flimkien ma' aktar benefiċċji għal pazjenti li jbatu mid-Dijabete li se jingħataw kura dentali b'xejn, sussidju fuq in-nuċċalijiet u aċċess għal antibijotiċi b'xejn. Dan apparti li dawn il-pazjenti issa se jibdew igawdu mill-benefiċċji tal-kartuna r-roża.. 

More in Politika