'Il-kbir għal pajjiżna għadu ġej ...'

Il-Ministru Scicluna ifakkar kif b'ekonomija b'saħħitha il-ġid jista' jibda jinħass u jintlaħaq minn kulħadd 

'..u l-kbir għadu ġej' jgħid Scicluna b'mod kunfidenti wara baġit  pjuttost pożittiv
'..u l-kbir għadu ġej' jgħid Scicluna b'mod kunfidenti wara baġit pjuttost pożittiv

'Minkejja dawn is-suċċessi ekonomiċi, il-kbir għal pajjiżna għadu ġej.' Hekk temm id-diskors tiegħu l-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna li fakkar kif il-baġit li li għadu kif ressaq dan il-Gvern huwa 'realistiku' u li jaħseb, mhux biss għaż-żmien li ġej imma għas-snin ta' wara wkoll. 'Għadda ż-żmien fejn partijiet sbieħ tal-Baġits jibqgħu fuq il-karta, għax ikunu bbażati fuq rbassir li kien imur żmerċ. Għandi pjaċir ngħid li taħt dan il-Gvern, dan la seħħ u lanqas mhu se jseħħ. B'hekk biss qed jirnexxielu l-Gvern Malti jirbaħ il-fiduċja tal-familji u n-negozji.."

Scicluna fakkar kif b'ekonomija miexja l' quddiem il-ġid li qed jinħoloq jista' jibda jinħass u jintlaħaq minn kulħadd.

More in Politika