Soċjali jew Kożmetiku? Il-gazzetti janalizzaw il-Baġit...

Il-faċċati tal-gazzetti Maltin dalgħodu janalizzaw il-Baġit. Deskritt bħala wieħed soċjali minn ħafna gazzetti...u kożmetiku minn waħda

X'jgħidu l-faċċati tal-gazzetti Maltin l-għada tal-Baġit
X'jgħidu l-faċċati tal-gazzetti Maltin l-għada tal-Baġit

L-għada tal-baġit ovvjament kulħadd se jkun qed jitkellem fuq il-miżuri li ġew preżentati lbieraħ u dwar kif dawn se jeffettwaw b'mod pożittiv jew anke negattiv, setturi differenti tas-soċjetà Maltija.

Deskritt mill-Gvern stess, mill-Unions u numru ta' msieħba soċjali bħala 'baġit soċjali', din is-sena l-baġit verament laqat ħafna fatturi soċjali bħal żieda fil-pensjonijiet, benefiċċji u sussidji fuq il-kirjiet.

Il-gazzetta 'L-Orizzont', tiddeskrivi l-baġit bħala mera ta' ekonomija b'saħħitha... filwaqt li min-naħa l-oħra, 'In-Nazzjon' tgħid li dan kien Baġit kożmetiku ta' Gvern bla viżjoni, bl-istess mod kif ġie deskritt mil-kap tal-Partit ilbieraħ filgħaxija stess.

Lil hinn mill-gazzetti tal-partiti, it-'Times of Malta' tgħid li dan kien Baġit għall-ġustizzja soċjali u l-'Malta Today' żieded ma' dan kollu b'kumment li l-baġit ma ħalla l-ħadd warajh u ħaseb f'kulħadd.

B'differenza għall-opinjoni tal-'Malta Today' iżda, il-'Malta Independent' issostni li filwaqt li l-baġit kien wieħed soċjali, injora kompletament il-klassi medja.

More in Politika