‘Mingħajr kontrolli, immorru lura kif konna…’ – Charles Miceli

Charles Miceli mill-Alleanza kontra l-faqar jibża' li minkejja li dan kien baġit soċjalment tajjeb, jista’ ma’ kienx biżżejjed…

Dwar baġit deskritt bħala wieħed soċjali ma’ setax jonqos li tintalab l-opinjoni ta’ Charles Miceli mill-Alleanza kontra l-faqar.

F’kummenti li għamel ma’ illum.com.mt, Miceli saħaq li b’mod ġenerali dan kien baġit b’ħafna miżuri tajbin, iżda li wieħed ta’ min jistaqsi jekk hux biżejjed.

Miceli stqarr li biex veramanent jitqies kemm il-baġit kien wieħed tajjeb, il-mistoqsija li ma tridx issir lill-politici, l-intraprendituri u l-kamra tal-kummerċ, iżda lin-nies; lill-poplu li se iġi effetwat direttament mill-miżuri preżentati.

“Il-biża’ tiegħi hija li jekk ma jkunx hekk kontrolli, immorru lura kif konna, jew agħar,” sostna Miceli, hekk kif spjega li apparti s-sussidji u ż-żidiet, il-Gvern irid jiggarantixxi kontroll biex ma jsirux abbużi.

“Jekk ma jsirx kontroll fuq il-kirjiet per eżempju,” qal Miceli, “is-sidien iħossuhom li jistgħu jerġgħu jgħollu l-kirjiet, issa li n-nies se jkollom aktar flus fil-but biex jikru post mill-privat”. Skont Miceli, mingħajr restrizzjonijiet fuq il-prezz tal-kirjiet, kull sid ta’ proprjetà għad għandu d-dritt jgħolli l-prezz kemm jogħoġbu.

Miceli temm jgħid li kemm fil-baġit, kif ukoll fil-pajjiż in ġenerali, il-problema mhux il-gvern, iżda s-sistema neo-liberali li “is-suq isuq”…

More in Politika