Il-Partit ta' Marlene jgħix: Farrugia tinħatar Kap

'Trid tkun parti mill-bidla? Kun parti minnha' jgħid l-islogan tal-Partit Demokratiku

Il-Kap tal-PD: Marlene Farrugia
Il-Kap tal-PD: Marlene Farrugia

Il-Partit Demokratiku ta' Marlene Farrugia se jibqa' ħaj, minkejja xi dubji li setgħu ntwerew ilbieraħ stess mid-Deputata Marlene Farrugia. Fil-fatt tard ilbieraħ filgħaxija l-istess Marlene Farrugia nħatret uffiċjalment bħala Kap tal-Partit Demokratiku li għalhekk se jkun ir-raba' partit f'pajjiżna, u mistenni jkun għalhekk is-sitt partit jew għaqda li se tikkontesta l-elezzjoni ġenerali li jmiss. 

Dan hekk kif apparti l-Partit Nazzjonalista u l-Partit Laburista, fil-karta tal-vot se jkun hemm ukoll l-Alternattiva Demokratika, l-Alleanza Bidla, l-Partit Demokratiku u l-Għaqda Patrijotti Maltin. 

Intant apparti l-ħatra ta' Marlene Farrugia, saru ħatriet oħrajn. Il-Vici Kap se jkun t-Tabib Anthony Buttigieg, Segretarju Generali: Karl Camilleri, Tezorier: Eng. Duncan Bonnici, PR: Monique Agius. Intant eżekuttiv se jkun magħmul mill-Profs. Matthew Montebello, Catherine Farrugia, Carmel Polidano u Alex Clayman.

More in Politika