'Il-Ministru għal Għawdex daħħal mentalita li kulħadd irid xogħol mal-gvern'
Said jgħid li għandu suspett li hemm min irid li l-iskola medika ta' Barts tinfetaħ f'Malta u mhux f'Għawdex
More in Politika
Said jgħid li għandu suspett li hemm min irid li l-iskola medika ta' Barts tinfetaħ f'Malta u mhux f'Għawdex
Chris Said tkellem ħafna dwar ix-xogħol tal-prekarjat li qed joħloq il-Ministeru għal Għawdex fejn qal li hemm madwar 500 persuni jirregistraw ghax-xoghol fuq parti I u part II tar-registru – proporzjonalment hafna u hafna aktar minn Malta. Said semma 150 haddiem fi skema mal-Ministeru ghal Ghawdex – kienu bi tlett kwarti tal-paga minima; 120 haddiema fi skema tal-komunita’ ma kumpanija privata tal-GWU bil-paga minima; 20 haddiema fi skema tal-Jobs Plus – xoghol klerikali bil-paga minima; Clerks u cleaners bil-paga minima mal-kuntrattur fl-Isptar; Cleaners, mooring men u fil-kaffetterija tal-Gozo Channel – bil-paga minima u jaħdmu flimkien ma' sħabhom li jagħmlu l-istess xogħol b'paga doppju tagħhom. "U it-tajba hi li kollha qed iweghdhom li ser ikollhom xoghol mal-Gvern – tant li hemm min qed ma kumpanija privata u jghid li l-Ministru qallu personalment li qieghed mal-Gvern. Qed tohloq problema serja lill-employers privati f’ Ghawdex, l-iskemi li qed johloq il-Ministru qed ikissru s-suq tax-xoghol f’ Ghawdex. Il-Ministru rega dahhal il-mentalita’ li kulhadd jrid xoghol mal-Gvern."
Il-kelliem għal Għawdex Nazzjonalista, Chris Said dwar il-baġit għal Għawdex fejn beda biex semma kif id-diskors tal-baġit fuq Għawdex hu 'cut and paste' ta' dak li semma fl-erba baġits ta' qabel fejn minn 20 proposta fuq Għawdex twettqet biss waħda Allowance ghall-istudenti Ghawdxin €1200 li kienu jiehdu fi zmien Gvern tal-PN zdiedu ghal €1500 "tajjeb imma mhux bizejjed – lanqas biss jaghmlu tajjeb ghaz-zieda fil-kera li fl-inhawi tal-Universita’ splodiet" qal Said. Qal ukoll li diversi proġetti bħal Casino, Air Link u airstrip u cruise liner Terminal sparixxew anke jekk dawn kienu wegħdiet fil-programm elettorali. Chris Said qal li l-gvern qed jitqammel mal-Għawdxin fejn naqqas in-nefqa kapitali u taha biss 9 miljuni għal Għawdex li hi biss 2% tan-nefqa kapitali kollha.
Dwar is-saħħa f'Għawdex Said qal li ma fadal assulutament xejn pubbliku fil-qasam tas-Sahha gewwa Ghawdex. "Ħaddiema ma jafux fejn huma – tal-qalba qed jaħarbu mill-isptar u jsibu postijiet oħra mal-Gvern – il-Ministru jaf x’ qed ngħid ....min ghandu ċ-ċans qed jitlaq. Hekk gibtuhom lill-haddiema tal-Isptar ta’ Ghawdex. Ma jafux x’ ser jigri minnhom. F’ incertezza kontinwa". Said tkellem ukoll dwar l-iskola medika ta' Barts, "F’ dan il-qasam fl-ahhar sentejn u nofs smajna hafna fuq l-iskola medika ta’ Barts. Il-PM u l-Ministru assigurawna li f’ Settembru ta’ din is-sena kellha tibda b’ 60 student. Fejn huma? Nistenna lill-Ministru illum jghidli fejn qeghdin dawn is-sittin student li suppost ilhom xahrejn Ghawdex. Dak li qed jiġri juri li hemm tug of war ghaddejja u ghandi suspett li din l-iskola hafna minnha ser ssir f’ Malta u mhux f’ Ghawdex. Ministru ghandek l-obbligu li tara li dan ma jsirx. Ghandek l-obbligu li tara li ma thallix lil shabek jahdmuk b’ hafna skuzi li qed igibu."