'Hillary hija ħatja...is-sistema hi kollha mbagħbsa'

L-FBI ma ssib xejn kriminali fl-emails ta' Hillary Clinton

Il-kandidat Repubblikan għall-Presidenza tal-Istati Uniti insista li s-sistema tal-ġustizzja hija kollha kemm hi mbagħbsa hekk kif l-FBI reġgħet ikkonfermat id-deċiżjoni li kienet tat f'Lulju li għadda, jiġifieri li l-emails li kellha u kienet ħassret Hillary Clinton kellhom xi ħaġa kriminali fihom.

Il-kontroversja dwar l-emails tal-avversarju politiku ta' Trump kienet ilha għaddejja, u spiss kienet tintuża kontriha fil-kampanja elettorali , bl-għajta tkun li kien hemm xi ħaġa kriminali u illegali fit-33,000 email li kienet ħassret Clinton. Hillary Clinton kienet tuża l-email privat tagħha fuq kwistjonijiet importanti tal-istat, meta kienet is-segretarja tal-istat. Dwar dan, l-FBI qalet li din kienet xi ħaġa irresponsabbli, li iżda ma kinetx kriminali.

Ir-Repubblikan Trump min-naħa tiegħu, waqt li kien qed jindirizza rally f'Detroit saħaq li Clinton hija ħatja u li s-sistema kollha hija mbagħbsa. Żied jgħid li kienet xi ħaġa impossibbli li l-FBI jirnexxielha tanalizza mas-650,000 email f'perjodu daqstant qasir.

MIn-naħa tagħhom, kelliema għall-kampanja ta' Clinton qalu li huma kuntenti li finalment, dan il-każ ġie konkluż. 

More in Politika