L-eks player tat-team nazzjonali, u midfielder tax-Xewkija Tigers, Daniel Bogdanovic, il-Ħadd li għadda tħalla jilgħab fil-logħba footbal bejn ix-Xewkija Tigers u Kerċem, minkejja li l-lejl ta’ qabel huwa kien arrestat fuq akkużi ta’ vjolenza domestika fil-konfront ta’ martu u li kien qed iġorr arma tan-nar barra mill-post stipulat fil-liċenzja għaliha.
Trid tkun Malta, jew Għawdex għall-fini tal-korrettezza… biex l-għada li tkun arrestat fuq akkużi ta’ vjolenza domestika, tiġi meħlus mill-arrest sabiex tkun tista’ tilgħab logħoba football.
Dan ġara l-Ħadd li għadda, 30 ta’ Ottubru waqt il-logħoba bejn ix-Xewkija Tigers u Kerċem, hek kif il-player still tat-team, Daniel Bogdanovic tħalla jattendi għal-logħoba minkejja li suppost kien miżmum taħt arrest wara li l-lejl ta’ qabel kien involut fi vjolenza domestika li tinkludi theddid b’arma tan-nar.
Il-gazzetta maltatoday irrappurtat li skont sorsi tagħha, xi uffiċjal mill-Ministeru talab lill-Pulizija biex jeħilsu lil Bogdanovic mill-arrest sabiex ikun jista’ jilgħab il-Ħadd wara nofsinhar.
Kien biss it-Tnejn wara nofsinhar imbgħad, l-għada tal-logħoba u rebħa tax-Xewkija Tigers li l-Pulizija ħarġet stqarrija li raġel, li ismu ma kienx ippublikat, ġie mressaq quddiem il-Maġistrat Joanne Vella Cuschieri, iżda meħlus taħt ċerti kundizzjonijiet.
Filwaqt li l-matatoday ma’ insinwatx li kien hemm ebda involviment mill-Ministru Refalo, jew mill-coach Jesmond Zammit f’din il-kwisjoni, jibqa’ l-fatt li t-telefonata saret minn Segretarjat Parlamentari, lejn Uffiċjali għolja tal-Pulizija f’Għawdex, minħabba li x-Xewkija kellha bżonn lil Bogdanovic jilgħab kontra Kerċem, u tħalla jilgħab qabel ma’ ġie uffiċjalment imressaq il-Qorti t’Għawdex
“Il-Pulizija sempliċiment ikkonsentiet għal dan,” qalet is-sorsi tal-maltatoday. “M’hemmx dubju li dan kien inċident perikoluż u ma kienx ħaqqu din il-klemenza, mhux meta l-vittma tal-vjolenza setgħet tpiġġiet fil-periklu. U għall-liema raġuni: biex tintlagħab logħoba footbal għall-benefiċċju tat-team tax-Xewkija…”