Kontra dak mistenni u f''bidla drammatika tal-fortuni jidher li Donald Tremp riesaq sew lejn rebħa fl-elezzjoni Presidenzjali tant li mijiet ta' attivisti qed jistennewh fil-Kwartieri tiegħu di New York b'ħeġġa u sens ċelebratorju, waqt li l-attivisti ta' Clinton jidher li qalbhom maqtugħa waħda sew. L-istazzjon Euronews għadu kid iddeskriva l-iżviluppi hekk: "Trump is on the verge of becoming the new President."
Għalkemm ir-riżultati għadhom ħerġin Trump jinsab minn fuq b'244-il siġġu mill-270 li għandu bżonn biex isir il-President li jmiss, filwaqt li Clinton għandha 209. Trump jinsab fil-vantaġġ f'diversi stati, għadu kif rebaħ Iowa u rebaħ Florida wkoll, wieħed mit-'toss up states' li jiddeterminaw ir-rebħa. Trump sejjer tajjeb ħafna wkoll f'Wisconsin filwaqt li qed jiġġieled għal Michigan. Huwa mistenni jirbaħ ukoll l-istati ta' Tenessee, Oklahoma u Missisipi.