Pennsylvania jirbaħha Trump ... ir-rebħa li ħadd ma stenna issa kważi ċerta

Trump jinsab erba' siġġijiet biss il-bogħod mill-Presidenza dkont in-New York Times - Clinton u d-Demokratiċi xorta jittamaw li x-xorti b'xi mod tidħqilhom  - Clinton jidher li mhux se tikkonċedi t-telfa quddiem l-attivisti tagħha

Trump riesaq lejn rebħa konsiderevoli
Trump riesaq lejn rebħa konsiderevoli

L-istat ta' Pennsylvania, wieħed mill-aħħar tamiet ta' Clinton, mar għand Trump qed tirraporta il-gazzetta New Yotk Times b'20 siġġu minn dan l-istat issa jmorru għand Trump. Dan ifisser illi Trump għandu 264-il siġġu u għalhekk jinsab 4 siġġijiet biss il-bogħod minn rebħa storika, li għal ħafna tiġi bħala sorpriża u li diġa qed titqabbel mal-vot Brexit fir-Renju Unit. 

Hekk kif huwa mistenni li joħroġ ir-riżultat finali din ir-rebħa ta' Trump qed titqies bħala tragward eċċezzjonali għalih personali, għalkemm diġa qed jitqajmu dubji dwar diversi mill-politiki li jħaddan speċjalment fl-immigrazzjoni. Bosta kummentaturi u ġurnalisti qed jippuntaw subgħajhom lejn rabja kbira għall-mod kif kienu qed jitmexxew l-Istati Uniti fl-aħħar snin u l-fatt li ħafna raw lil Clinton bħala kontinwazzjoni ta' dak li ma riedux. 

Intant jidher li Clinton għadha mhux se tattendi r-rally fejn qed jistennewha l-attivisti tagħha u dan juri li minkejja li r-rebħa hija improbabli ħadna għaliha, d-Demokratiċi se jibqgħu jistennew sal-aħħar. 

More in Politika