Shultz: 'Trump sar is-simbolu tar-rabja u l-biżgħat ta' ħafna Amerikani'

Il-President tal-Parlament Ewropew ifakkar fil-qrubija fil-ħidma bejn l-UE u l-Istati Uniti u l-bżonn li l-koperazzjoni bejn il-pajjiżi tibqa' dejjiema

Shultz jgħid li Trump jissimbolizza r-rabja ta' ħafna Amerikani
Shultz jgħid li Trump jissimbolizza r-rabja ta' ħafna Amerikani

"Donald Trump sar is-simbolu għar-rabja u l-biżgħat ta' ħafna Amerikani, issa din ir-rabja u l-biża' jeħtieġ inbiddluha f'politiki u proposti kredibbli." Dan stqarru l-President tal-Palament Ewropew Martin Shulz , illi sostna li din il-kampanja Presidenzjali ma kinitx waħda mill-aqwa mumenti tal-Istati Uniti u għalhekk Trump se jkollu għadma iebsa biex jerġa jgfħaqqad il-pajjiż. 

"Ħafna mill-mistoqsijiet dwar il-politika barranija, mis-Sirja sal-Iraq, mill-Ukarjna sal-Libja għad iridu jkunu mwieġba," fakkar Shultz, li fakkar ukoll fir-rabtiet mill-qrib bejn l-Istati Uniti u l-Unjoni Ewropea. "Flimkien l-ekonomiji tagħna jagħmlu 40% tal-Prodott Gross Domestiku tad-dinja u l-qrubija tagħna tmur mill-ġlieda kontra terroriżmu sa' ħidma fl-oqsma xjentifiċi.  

 

 

 

 

 

More in Politika