Fid-diskors tat-telfa tagħha wara l-elezzjoni, Hillary Clinton qalet li din it-telfa hija weġgħa kbira u se tibqa' għal żmien twil. Dan filwaqt li saħqet lill-attivisti tagħha li għaliha, li tkun il-kandidata li tirrapreżentahom kien wieħed mill-akbar unuri ta' ħajjitha.
Waqt li rringrazzjat lil dawk kollha li tawha s-sapport, semmiet b'mod partikoalri lill-President Barack Obama u l-mara tiegħu Michelle, fejn qalet li l-pajjiż huwa midjun magħhom u rringrazzjathom tat-tmexxija.
Fid-diskors tat-telfa, Clinton skużat ruħha ta' dan ir-riżultat waqt li sostniet li dan ma kienx dak li kulħadd kien ħadem għalih.
Clinton qalet li din il-kampanja tagħha ma kinetx dwar persuna waħda jew dwar elezzjoni waħda.
Dwar il-kandidat riv ali tagħha li rebaħ, Donald Trump, Clinton sostniet li "għandna nkunu moħħna miftuħ u nagħtuh iċ-ċans li jmexxi."
Hillary Clinton temmet billi appellat sabiex "Qatt ma tiefqu temmnu li l-ġleida għal dak li hu tajjeb hija worth it.'