
FILMAT | 'Ieqfu eqirdu fuq Trump...'
Boris Johnson iħeġġeġ lill-mexxejja tal-Ewropa biex jieqfu jippridkaw "dwejjaq u diżastru" għax Trump ġie elett President

More in Politika
Boris Johnson iħeġġeġ lill-mexxejja tal-Ewropa biex jieqfu jippridkaw "dwejjaq u diżastru" għax Trump ġie elett President
Boris Johnson, is-segretarju tal-affarijiet barranin tal-Ingilterra ħeġġeġ lill-mexxejja Ewropej biex jieqfu jippridkaw "dwejjaq u diżastru" għax Donald Trump ġie elett President tal-Istati Uniti.
Huwa qal lill-mexxejja tal-Unjoni Ewropeja biex iwaqqfu l-"qrid kollettiv" tagħhom dwar ir-riżultat tal-elezzjoni fl-Istati Uniti u jaċċettaw l-amministrazzjoni ta' Trump, hekk kif iddeskriva l-elezzjoni bħala opportunità kbira għar-Renju Unit.
Johnson qal dan waqt diskors tiegħu f'Belgrad wara li ltaqa' mall-Prim Ministru tas-Serbja Aleksandar Vucic. Huwa ddeskriva lil Donald Trump bħala wieħed li jwettaq il-ftehim, u qal li huwa jrid isaħħaħ il-ftehim ta' negozju liberu mar-Renju Unit, ħaġa li skont Johnson hija vitali wara Brexit. Johnson stieden lill-bqija tal-mexxejja Ewropej biex jikkunsidrwa b'mod pożittiv l-opportunitajiet li jista' joffri Trump bħala president.
Bħalissa madwar l-Ewropa hawn inkwiet li l-vot Brexit u r-rebħa ta' Trump ifissru li l-partit tal-lemin estrem, qegħdin jikkapitalizzaw fuq il-movimenti kontra l-poteri governattivi (anti-establishment) fl-elezzjonijiet li jmiss fi Franza u l-Ġermanja.
Johnson qal li bir-rispett kollhu qiegħed jitlob lill-kollegi Ewropej tiegħu li wasal iż-żmien li jieqfu jippridkaw "dwejjaq u diżastru" minħabba r-riżultat tal-elezzjoni fl-Istati Uniti u jwaqqfu l-"qrid kollettiv" tagħhom li mhu qed iwassalom imkien.
"Nemmen li din hija opportunità kbira għar-Renju Unit biex nibnu relazzjoni mal-Amerika, li tkun waħda fundamentali għall-ekonomija iżda anek għall-istabilità u l-prosperità tad-dinja kollha"
Il-mexxejja tal-Ewropa ma' tantx kellhom kliem sabiħ u ta' support b'reazzjoni għar-rebħa ta' Trump, speċjalment il-Kanċellier Ġermaniż Angela Merkel, li tkellmet b'mod sarkastiku dwar relazzjonijier bejn iż-żewġ pajjiżi, iżda tkellemt biss dwar tolleranza.