Pazjenti fl-ITU ngħataw mediċina skaduta ... il-Ministeru jinvestiga

...Il-Ministeru jiċċara wkoll li l-politika tad-Dipartiment f'dan ir-rigward

Wara li l-Ministeru għas-Saħħa kien infurmat dwar każ fejn mediċina li kienet qabżet id-data ta’ skadenza kienet ingħatat lil xi pazjenti fit-taqsima tal-kura intensiva f’Mater Dei, il-Ministeru għas-Saħħa ħatar board intern biex jinvestiga.

Il-Ministeru, fi stqarrija għamilha ċara li l-policy tad-dipartiment hija li l-mediċini jintużaw skont il-liċenzja maħruġa u fit-terminu tal-iskadenza approvata.

 

 

More in Politika