Gafà: 'Din kampanja ta' ħmieġ estrem kontra tiegħi'

Nveille Gafà jerġa jsostni li lallegazzjonijiet li hu bagħat messaġġ mimli thedid fil-konfront tal-'whistleblower' huwa godba

Neville Gafà li spiċċa f'nofs allegazzjonijiet u f'nofs il-każ tal-viżas għall-Libjani reġa ċaħad aħbar li ħarġet fuq il-gazzetta tal-PN il-Mument tal-Ħadd li għadda u li fakkar kif qed tiġi kontinwament ripetuta. Il-Mument tal-Ħadd li għadda ippublikat storja illi fiha b'tipi normali ta' gazzetta kitbet messaġġ, allegatament mibgħut b'sms, u li fih Gafà allegatament hedded lill-whistleblower li jekk jikxef xi ħaġa dwar il-każ ma jerġax jara lill-uliedu. 

Wara li din l-aħbar reġgħet kienet ripetuta lboeraħ filgħxija Gafà ħareġ stqarrija illi fiha reġa sfida , "lill-kamra tal-ahbarijiet tal-Partit Nazzjonalista biex juru l-messaġġi u n-numri minn fejn intbagħatu.  Mhux biss, iżda jirrapportaw l-każ lill-Awtoritajiet tal-Pulizija u jissottomettu l-provi relatati. Nerġa' ntenni li din m'hi xejn għajr kampanja ta' ħmieġ estrem fil-konfront tiegħi," temm jgħid Gafà

 

 

More in Politika