Dalli tappella għal sostenn biex is-settur tal-avjazzjoni jikber

"L-avjazzjoni kummerċjali tista titqies bħala niċċa ġdida li gradwalment qed tkompli tikber..."

Miriam Dalli
Miriam Dalli

Għandu jkun hemm inqas burokrazija u aktar sostenn lis-settur tal-avjazzjoni kummerċjali, maghruf aħjar bħala Business Aviation, biex dan ikompli jkabbar l-operat tiegħu f’Malta u jikkontribwixxi lejn l-ekonomija Maltija. Qalet dan l-MEP Laburista Miriam Dalli waqt żjara li għamlet fil-hangar il-ġdid tal-kumpanija MCM, li fiha ltaqgħet ukoll ma’ rappreżentanti ta’ madwar 15-il kumpanija li topera f’dan is-settur.

“L-avjazzjoni kummerċjali tista titqies bħala niċċa ġdida li gradwalment qed tkompli tikber u tkabbar l-ekonomija ta’ pajjiżna. Biżżejjed wieħed isemmi li dan is-settur jimpjega direttament madwar 3,000 ħaddiem, u jġib lejn pajjiżna klijenti li jistgħu jikkontribwixxu għat-tkabbir ekonomiku ta’ pajjizna. Madankollu tajjeb li nkomplu nahdmu biex nissimplifikaw ċertu aspetti burokratici biex dan is-settur ikompli jikber,” qalet Dr Dalli.

More in Politika