"Jien ma ħadtx qatgħa meta smajt li tela' Trump u wisq inqas inkwetajt. Anzi jien konvint li l-poplu Amerikan, bħal dejjem, għamel l-ghazla t-tajba. Lil Trump bhala Ewropew irrid intih ċans u opportunita' li juri x'lest isarraf." Dan jistqarru il-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici f'wieħed mill-bosta opinjonijiet u artikli dwar l-elezzjoni Presidenzjali fl-Istati Uniti, li għada se jkunu qed jidhru fil-gazzetta ta' kull nhar ta' Ħadd, l-ILLUM.
Fl-istess gazzetta wieħed se jkun jista' jaqra diversi analiżi dwar ir-rebħa ta' Trump, kif ukoll aktar dwar il-ħajja personali u l-familja ta' dan l-'imperatur' miljunarju li se jsib ruħu fil-White House bla mistenni. L-ILLUM se jkun fiha wkoll l-opinjoni interessanti tal-kandidat Laburista Aaron Farrugia, li kien qed jappoġġja l-kandidatura ta' Hilary Clinton u anke l-opinjoni ta' Immanuel Micallef dwar ir-reazzjoni għall-istess riżultat.