Jingħalqu Moskei fil-Ġermanja suspettati b’involviment mal-ISIS

Wara suspetti ta’ involviment mall-ISIS, grupp Iżlamiku ġie projbit mill-Gvern Ġermaniż, u numru ta’ Moskei, appartamenti u uffiċji ġew magħluqa.

Il-Pulizija Ġermaniża wettwet tiftix f’numru ta’ Moskei, appartamenti u uffiċji f’għaxar stati fil-Ġermanja, filwaqt li l-Gvern abbolixxa grupp, fuq akkużi li kienu qegħdin jagħmlu reklutaġġ għall-ġellieda tal-ISIS.

Skont l-aġenzija internazzjonali Reuters, kelliem għall-ministeru tal-intern Ġermaniż stqarr li l-organizazzjoni msejjħa ‘DWR – Reliġjon Vera’ hija nvoluta fl-affari tal-Istat Iżlamiku, allavolja s’issa ma’ nstabux provi li kien qiegħed jiġi pjanat xi attakk terroristiku fil-Ġermanja.

Il-Ministru tal-Intern, Thomas de Maiziere iżda saħaq li l-grupp kiser il-kostituzzjoni Ġermaniża billi instiga l-mibgħieda.


 

More in Politika