Żewġ żgħażagħ Russi qatlu lilhom infushom wara li rrekordjaw lilhom nfushom jisparaw lejn il-pulizija fi Psok fir-Russja. Wara l-attakk il-Pulizija Russa daħlet fl-appartament minn fejn kienu qed isiru l-isparaturi u sabet il-'koppja', ġuvni u tfajla t-tnejn ta' 15 il-sena, mejtin wara li sparaw fuqhom infushom.
Il-Gwardja Nazzjonali Russa qalu fi stqarija lill-midja Russa illi sabu tifel u tifla "B'sinjali ċari ta' suwiċidju." Il-Forzi ċaħdu kategorikament illi huma f'xi ħin fetħu n-nar lejn dawn iż-żewġ żgħażagħ.
Huwa mifhum li dawn l-inċidenti huma pjuttost rari, hekk kif fir-Russja l-aċċess għall-armi tan-nar huwa ristrett ħafna. Intant fil-filmat iż-żewġ żgħażagħ jidhru ipejpu u saħnasitra jitfgħu sett tal-televiżjoni 'l barra mit-tieqa. Il-filmati li qed nirriproduċu ttieħdu mis-sit Metro.co.uk