2010-2015 - Jiżdiedu t-tfal f'riskju ta' faqar f'pajjiżna

Pajjiżna jesperjenza żieda ta' ftit iktar minn 1% f'dawk it-tfal li qed jgħixu f'riskju ta' faqar

Statistika maħruġa mill-Eurostat turi kif fl-aħħar ħames snin il-persentaġġ ta' tfal li qegħdin f'riskju ta' faqar jew inkella f'riskju ta' esklużjoni soċjali żdied b'1.5%. Minkejja din iż-żieda, pajjiżna xorta jibqa' qrib il-medja Ewropea f'dak li jitratta faqar fost it-tfal. L-aktar pajjiż bi tfal f'riskju ta' faqar jew esklużjoni soċjali hija r-Romanija b'46%, segwita mill-Bulgarija b'43.7%. It-tielet pajjiż bl-ogħla ċifra ta tfal soċjalment żvantaġġjati huwa l-Greċja b'37.8%. 

L-Iżvezja, l-Finlandja u d-Danimarka kienu l-pajjiżi bl-anqas persentaġġ ta' tfal f'riskju ta' faqar, b'14%, 14.9% u 15.7% rispettivament. 

 

More in Politika