Steve Borg jinħatar 'chairperson' tal-Bord li se jmexxi l-Inwadar

Sreve Borg
Sreve Borg

Il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Jose Herrera waqqaf il-Bord tal-Park Nazzjonali tal-Inwadar, li ser ikun kompost minn: Chairperson: Steve Borg, Viċi-Chairperson: Andrew Micallef u Membri: Michelle Borg, Catherine Tabone, Chris Spiteri               

Dan il-Bord qed jiġi mwaqqaf wara li ġie fis-seħħ Avviż Legali li permezz tiegħu ġew stabbiliti r-regolamenti tal-Park Nazzjonali tal-Inwadar. Wara li l-Gvern iddeċieda li jestendi l-konfini tal-park b’44,000 m2, bi 30,000 m2 minnhom jiġu meħuda lura miż-żona ta’ żvilupp, f’dan l-Avviż Legali 955,000m2 t’art ġiet iddikjarata bħala żona protetta. Il-Ministru Jose Herrera żamm l-ewwel  laqgħa magħhom, fejn enfasizza li l-ewwel prijorità ta’ dan il-Bord għandha tkun li jitnaddaf il-Park.

 

 

More in Politika