Dalgħodu l-Prim Ministru Joseph Muscat hekk kif kien qed jindirizza lill-partitarji Laburisti sostna illi lin-nies, speċjalment lil dawk l-individwi u l-familji li għandhom l-impjieg tagħhom fil-kumpanija Actavis mhedded, dwar xogħol irid ikellimhom mhux dwar siġġijiet. Muscat kien qed jirreferi għas-sentenza tal-Qorti li wasslet biex il-PN jingħata żewġ siġġijiet oħta fil-Parlament. "Jien għalija lill-ħaddiema li se jitlef xogħolu fuq l-impjieg irrid nkellimhom mhux dwar is-siġġijiet. Irrid nkellimhom dwar kif se jkollhom xogħol għalihom u xogħol għall-familji tagħhom."
Minkejja dan, Muscat xorta beda d-diskors tiegħu bil-każ tas-siġġijiet billi rringrazzja lill-Kao tal-Oppożizzjoni għall-fatt li r-reazzjoni tiegħu ssodat aktar l-għeruq tal-Partit Laburista, speċjalment dawk li huma diżillużi bil-PL. Muscat żied jgħid ukoll iżda li "jekk il-Qorti ħaditilna żewġ siġġijiet aħna se naħdmu biex il-poplu jagħtihomna lura, u bl-imgħax u se nagħmlu dan b'umiltà u mingħajr arroganza."
Muscat qal li l-PL u l-Gvern jaċċetta d-deċiżjoni għalkemm żied jgħid li "aħna niċċelebraw meta nirbħu l-fiduċja tal-poplu. Jekk xejn, din il-ġimgħa saħħitna, li juri li aħna bdejna minn mal-poplu u se jibqa' mal-poplu. Għalhekk pożittiv għax-xhur li ġejjin biex meta fl-2018 mmorru quddiem il-poplu Malti, nirbħu l-fiduċja tagħhom."