L-elezzjoni ġenerali għall-2018...

...minkejja għidut persistenti li tista ssir fl-aħħar tal-2017 wara l-Presidenza Maltija tal-UE

Fl-aħħar sekondi tad-diskors tiegħu l-PM u Mexxej Laburista Joseph Muscat indika l-2018 bħala s-sena li fiha se ssir l-elezzjoni ġenerali. Anke jekk ma tkellimx dwarha u semma d-data biss, din kienet l-ewwel indikazzjoni ċara li l-elezzjoni ġenerali li jmiss mhux se ssir is-sena d-dieħla kif kien qed jiġri l-għidut fost diversi ċrieki, anke fost persuni fil-midja, wara l-Presidenza ta' Malta tal-UE. 

Kliem Joseph Muscat dalgħodu kien dan: "aħna niċċelebraw meta nirbħu l-fiduċja tal-poplu. Jekk xejn, din il-ġimgħa saħħitna, li juri li aħna bdejna minn mal-poplu u se jibqa' mal-poplu. Għalhekk pożittiv għax-xhur li ġejjin biex meta fl-2018 mmorru quddiem il-poplu Malti, nirbħu l-fiduċja tagħhom."

Dan ifisser li jekk ma jinbidlux il-pjaninijiet il-Gvern Laburista se jkollu baġit ieħot xi jressaq qabel l-elezzjoni li jmiss u se jippresiedi l-bifu tal-Valletta 2018

More in Politika