Il-post tal-Gvern krieh u biex tkun kompluta bena penthouse fuqu wkoll

L-Avukata Anna Mallia tikxef numru ta' abbużi fil-qasam tal-housing soċjali u tappella lill-Awtorita biex tibda inventarju tal-proprjetà tagħha

(mill-arkivji)
(mill-arkivji)

Immaġina l-Gvern itik post, għax fqir u fil-bżonn, u int tikrih u biex tgħaxxaq tibni penthouse fuqu. Hekk jidher li ġara f'pajjiżna u l-Avukata Anna Mallia tinsab irrabjata waħda sew b'dan l-abbuż li allegatament qed isir mill-proprjeta' tal-Gvern. Fl-artiklu tagħha fuq il-gazzetta l-orizzont Mallia tiżvela kif saret taf bi proprjeta tal-Gvern li qed tinkera u li l-arja tiegħu intużat biex tinbena penthouse. Mhux hekk! Fejn inqelgħet bajda, jinqlew tnejn! Fl-artiklu tagħha Mallia tkompli tgħid li persuna partikolari li tinsab mgħaddba sew għal mod kif l-iproprjeta tal-Gvern qed tintuża biex isir il-flus u l-profitt, diġa rraportta l-każ lill-Awtorita tad-Djar. 

Mallia tisħaq illi dan ma kienx l-unika każ lki qed tisma' u tispjega kif saret taf b'post ieħor li hu tal-Gvern u li l-Awtorita tad-Djar lanqas biss taf bih. Għalhekk tipproponi li l-Awtotrita tad-Djar tagħmel inventarju biex b'hekk tkun taf, xi proprjeta' għandha u m'għandhiex u min qed jikri liema proprjeta. 

Mallia qalet li 'hemm każijiet ta' nies li għandhom post tal-housing u tal-housing stess ma jafux li qed jokkupaw dan il-post u jħallsu l-kera. Dan filwaqt li hemm oħrajn ... li jikru l-post tal-housing għax post għandhom fejn joqgħodu.'

Mallia allegat ukoll li ħafna drabi dawk li qed jabbużaw 'għandhom indirizz għall-banek mod, u indirizz ieħor għal tat-taxxa u għal-tas-Sigurta' Soċjali u mal-JobsPlus.

'M'hemm xejn xi jżomm lill-Awtorita' biex tibda minn issa tara mal-Awtorita' tal-Ippjanar x'permessi nħarġu fuq proprjeà li hija tagħti b'kiri għal skop ta' akkomodazzjoni soċjali...għadni ma nistax nifhem kif hawn min għandu post tal-housing u ma jħallasx kera għax il-housing maq jafux li dan daħal fih. Kif għandi ma nistax nifhem kif l-enforcement l-Awtorita ma nvestietx fih meta tant huwa bżonnjuż biex jitnaqqsu l-abbużi,' sostniet Mallia fl-artiklu tagħha.  

More in Politika