Il-Membru Parlamentari Laburista Franco Mercieca, lbieraħ filgħaxija ikkummenta dwar il-kundanna li għamel l-Arċisqof Scicluna, fuq dawk li huwa sejjaħ "hate bloggers", b-riferenza partikolari li huwa għamel għal kummenti ppublikati minn Glen Bedingfield.
Mercieca qal li huwa jaqbel mall-kummenti tal-Arċiscof, meta huwa kkundanna lil Glen Bedingfield, dwar kummenti li għamel il-blogger, u li Mercieca wkoll ma qabilx magħhom.
Mercieca saħaq li jekk ghandhom jiġu kkundannati l-bloggers, kollha kemm huma għandhom jiġu kkundannati tal-mibgħieda li jxerrdu, u dan jgħodd għall-bloggers miż-żewġ partiti, li jagħmlu ħsara bl-istess mod.
Dan ħareġ fid-dawl ta' twissija li l-Arċisqof għamel waqt l-omelija tal-Ħadd li għadda, fejn huwa saħaq li "qed inwissi li dawk li qegħdin jużaw il-blogs, li permezz tal-internet jinstigaw il-mibgħieda bejn il-Maltin u jaqilgħu ħmieġ biex jumiljaw lil xulxin u jaqilgħu l-inkwiet - dawn l-instigazzjonijiet huma ġennata."
Fi Tweet li kiteb l-Arċisqof ilbieraħ, huwa kkonferma dak li qal il-Ħadd waqt l-omelija.
B'referenza partikolari għal Daphne Caruana Galizia, Mercieca qal li l-fatt li l-PN għadu japprova lil din il-blogger, se jwassal għall-falliment tal-Partit fl-elezzjoni li jmiss, hekk kif żied jgħid li anke Nazzjonalisti stess jinsabu diżgustati bil-kitba ta' din il-blogger.