Malta bit-tielet l-ogħla rata t'applikazzjonijiet għall-ażil fl-ewwel xhur tal-2016

...meta mqabbel ras għal ras Malta tiġi wara  l-Ġermanja u l-Greċja biss bħala l-aktar pajjiż b'applikazzjonijiet ta' immigranti li qed ifittxu ażil

Malta bit-tielet  l-ogħla rata ta' applikazzjonijiet għall-ażil
Malta bit-tielet l-ogħla rata ta' applikazzjonijiet għall-ażil

Pajjiżna, ras għal ras, huwa it-tielet pajjiż bl-ogħla numru ta' applikazzjonijiet għall-ażil fl-Unjoni Ewropea. Fil-fatt, qabel Malta, kien hemm biss il-Ġermanja u l-Greċja. Malta kellha rata ta 'ftit inqas minn 1,100 applikazzjoni għal ażil għal kull miljun persuna fl-ewwel kwart tal-2016 filwaqt  li l-Ġermanja kellha 2,890 u l-Greċja kellha 1,152. Dawn iċ-ċifri maħruġin mil-Eurostat fl-isfond tal-kwistjoni dwar id-deportazzjoni ta' 24 immigrant minn Malta jikkonfermaw dak li qal il-Ministru Carmelo Abela, l-ġimgħa l-oħra waqt programm televiżiv, jiġifieri li minkejja kollox Malta hija fost l-aktar pajjiżi li jkollhom u li jaċċettaw aplikazzjonijiet ta'ażil. 

L-Islovakkja, l-Portugal u r-Rumanija huma l-pajjżi li fihom l-anqas li kien hemm applikazzjonijiet għall -ażil  fl-istess perjodu ta' żmien. 

Il-maġġoranza ta' dawk li talbu ażil f'pajjiż tal-Unjoni Ewropea kienu Sirjani, Iraqqini u Afgani. In-numru ta' persuni li fittxew l-ażil f'dan il-perjodu fl-UE kien ilaħħaq it-360,000, viċin tal-poplazzjoni totali ta' Malta. 

More in Politika