Waqt li kien qed jattendi għall-aħħar summit tal-mexxejja tal-UE għal din is-sena, meta mistoqsi jekk hux se jkun hemm xi problemi mal-Prim ministru ġdid Taljan, Paolo Gentiloni, il-prim ministru Malti Joseph Muscat qal, “Diġà nafu, u naħseb li se jkun hemm kontinwazzjoni b’saħħitha ħafna fuq dak li ħadem il-Gvern ta' Renzi.”
Sadanittant, il-Prim Ministru Malti f'dan is-summit iltaqa' mal-kapijiet kollha tal-istati Ewropej fejn iltaqa' wkoll mal-Prim Ministru Theresa May li dwar pajjiżha se ssir ukoll diskussjoni informali dwar kif se jiġi mmexxi l-proċess ta' Brexit meta l-Ingliżi jinnotifikaw uffiċjalment il-ġurnata.