'Il-pjan ta' Paceville irid imur lura u jiġi pjanat mill-ġdid'

Id-Deputat Prim Ministru jgħid li l-proġett, 'ġie kritikat minn kulħadd'

ritratt: James Bianchi
ritratt: James Bianchi

Id-Deputat Prim Ministru Louis Grech qal li jemmen li l-masterplan propost għal Paceville għandu jerġa' jiġi rivedut u pjanat mill-ġdid.

Waqt li kien qed jieħu sehem fil-programm ta' diskussjoni Xtra fuq TVM ilbieraħ filgħaxija, il-Ministru Grech sostna li l-pjan "ġie kritikat kważi minn kulħadd, u jien nemmen li għandu jmur lura lejn id-drawing board  u jkun pjanat mill-ġdid."

Għall-mistoqsija tal-preżentatur Saviour Balzan, dwar il-fatt li hemm skrutinju kbir fuq il-Gvern u allura kif seta' wieħed ma jarax li pjan bħal dan se jiġi 'żarmat', Grech sostna wkoll li għalkemm kien hemm din il-kritika, dan wera li kien hemm opportunità sabiex il-proġett isirlu skrutinju. "Meta l-Gvern ħareġ il-proġett għall-konsultazzjon, dan kien parti mill-proċess ta' trasparenza u kontabbiltà."

More in Politika