
Il-power station approvata...
Il-bord tal-ERA japprova l-applikazzjoni għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis u l-Kontroll (IPPC) għall-power station tal-gass f'Delimara

More in Politika
Il-bord tal-ERA japprova l-applikazzjoni għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis u l-Kontroll (IPPC) għall-power station tal-gass f'Delimara
Bi tmien voti favur u wieħed kontra, il-bord tal-ERA approva l-applikazzjoni għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis u l-Kontroll (IPPC) għall-power station tal-gass f'Delimara, fil-bajja ta' Marsaxlokk.
Id-direttorat tal-ERA irrakkomanda l-approvazzjoni għall-permess għal perjodu ta' erba' snin, b'suġġett għall-kundizzjonijiet li hemm fil-permess, il-ħlas lura tal-garanziji tal-banek, u l-multi dovuti fost l-oħrajn.
Din id-deċiżjoni ttieħedet wara ġurnata ta' diskussjonijiet fejn fost il-punti li ħarġu, u wisq probabbli influwenzaw il-voti favur, Espert mill-Awtorità dwar il-Kontroll tal-Inċidenti u l-Perikli Maġġuri (COMAH) irrakkomanda li jrid isir pjan ta’ emerġenza għall-power station tal-gass f’Dellimara sal-2018, filwaqt li klassifika li r-riskji tal-power station jinsabu fil-limiti aċċettabbli.
Ma' dan, Emanuel Psaila, l-aġent direttur tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, żied isostni li mhemmx inkwiet għar-residenti ta’ Marsaxlokk f’każ ta’ xi emerġenza fil-power station tal-gass, hekk kif anke jekk jinxtered xi gass b’inċident, is-sħaba qatt mhu se tilħaq iż-żona residenzjali.
Psaila sostna li d-dipartiment qabbad esperti jagħmlu stħarriġ dwar dan, u huma ddeterminaw li ebda materjal tossiku li jista’ jirriżulta minn incident fil-power station jew fit-tanker ma jista’ jilħaq il-villaġġ ta’ Marsaxlokk. Psaila serraħ ukoll moħħ ir-residenti ta' Marsaxlokk u Birżebbuġa li d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili diġà xtara l-apparat meħtieġ kollhu għas-sigurtà tal-power station, li jinkludu dgħajjes biex tintlaħaq il-power starion minn fuq il-baħar kif ukoll apparat ieħor użat għall-immanigjar ta’ emergenzi relatati mal-LNG.
Kienu bosta dawk il-persuni u entitajiet li tkellmu dwar din id-deċiżjoni, fosthom il-Prim Ministru, li wera s-sodisfazzjon tiegħu għad-deċiżjoni tal-ERA.
Another important and decisive step nearer to implementation of a clean and sustainable #energy plan for #Malta -JM
— Joseph Muscat (@JosephMuscat_JM) December 19, 2016