Joseph Calleja jtella’ s-siparju fuq il-Presidenza

Il-President ta' Malta preżenti fi Brussell għal kunċert inawgurali tal-Presidenza Maltija

 

It-Tnejn 16 ta’ Jannar fit-teatru taċ-Ċentru tal-Arti fi Brussell, BOZAR se jinfetaħ uffiċjalment is-siparju fuq il-presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Se jkun it-tenur famuż Joseph Calleja akkumpanjat mill-Malta Philharmonic Orchestra taħt id-direzzjoni tal-Maestro Brian Schembri li jgħollu s-siparju fuq il-presidenza.

Dan kollu taħt il-patroċinju tal-President ta’ Malta, Marie Louise Coleiro Preca, ir-rappreżentanta Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea, l-ambaxxatriċi Marlene Bonnici u l-ambaxxatur Malti għal Belġju, Ray Azzopardi.

Fost il-mistiedna se jkun hemm il-ħaddiema kollha ta’ Dar Malta bil-kunċert se jkun ibbażat fuq kapolavuri klassiċi ta’ kompożituri Maltin bħal Charles Camilleri, Carlo Diacono u Joseph Vella.

Il-kunċert se jikkonsisti wkoll minn rappreżentazzjonijiet ta’ La donna è mobile mir-Rigoletto, E lucevan le stelle mit-Toska arji oħra minn Opri famużi.

Wieħed se jassisti wkoll għal ‘Knights of Malta Ballet Suite’ mill-kompożitur Charles Camilleri. Filwaqt li l-mistiedna se jkollhom ukoll ‘reception’ biex jiċċelebraw dawn is-sitt xhur ta’ Presidenza. L-ILLUM se tkun hemm!

 

 

More in Politika