Jason Azzopardi żamm kelmtu.... u fetaħ libell kontra Owen Bonnici

Jason Azzopardi wettaq dak li qal li se jagħmel nhar is-Sibt li għadda hekk kif fetaħ libell kontra l-Ministru Owen Bonnici dwar l-allegazzjonijiet li għamel dwaru fil-każ tat-trasferiment tal-art f'Ħal Qormi

Jason Azzopardi, aktar kmieni dalgħodu, żamm kellmtu u wettaq dak li qal li se jagħmel nhar is-Sibt li għadda, u fetaħ libell kontra l-Ministru Owen Bonnici.

Dan fid-dawl tal-kummenti li Bonnici għamel dwar l-involviment ta' Azzopardi fit-trasferiment tal-art fejn kien hemm il-birrerija tal-Lowenbrau f'Ħal Qormi, lura fl-2009.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet li sejjaħ nhar is-Sibt filgħodu, Owen Bonniċi ħabbar li kellu informazzjoni li tikkomferma li Azzopardi kien indaħal fil-proċess tal-bejgħ tal-imsemmija art f'Ħal Qormi, sabiex jassigura li l-benefattur tal-PN, Nazzareno Vassallo, jħallas prezz tal-1990, għall-proprjetà li nbiegħet fl-2009, għal valur ta' €706,400. Intant, il-Ħadd, Nazzareno Vassallo ċaħad kull allegazzjoni dwar dan.

Wara li Azzopardi ħabbar li se jiftaħ libell kontra Bonnici, il-Ministru qallu "Be my guest" !

More in Politika