'Busuttil għandu jkeċċi lil Jason Azzopardi'
Il-Ministru Owen Bonnici żvela korrispondenza li timplika li Azzopardi kien jaf bil-każ tal-art tal-Lowenbrau u qal li ma kien hemm xejn ħażin fih
More in Politika
Il-Ministru Owen Bonnici żvela korrispondenza li timplika li Azzopardi kien jaf bil-każ tal-art tal-Lowenbrau u qal li ma kien hemm xejn ħażin fih
Il-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici żvela korrispondenza dwar domandi li saru rigward iċ-ċens tal-proprjetà tal-art tal-Lowenbrau, li kien wieġeb għalihom is-segretarjat parlamentari li dak iż-żmien kien jieħu ħsieb il-Lands, u kien jaqa' taħt ir-responsabbiltà ta' Jason Azzopardi. Waqt konferenza tal-aħbairjiet, Bonnici qal li din il-korrispondenza timplika li Azzopardi kien jaf dwar il-każ u l-kwistjoni taċ-ċnus tal-art tagħha, hekk kif jingħad li Azzopardi kien ġie mistoqsi mid-deputat Laburista Charles Buhagiar, lura fl-2012 dwar x'differenza kien hemm bejn iċ-ċnus tal-art ta' dik li dak iż-żmien kienet il-lukanda Le Lapin, u l-art f'Ħal Qormi tal-birrerija tal-Lowenbrau.
Bonnici kompla jgħid li fir-risposti li ngħataw għal dawn id-domandi, Azzopardi kien qal li ma kien hemm xejn ħażin f'dan il-każ, li juri li mhux talli ma kienx jaf dwar il-ftehim tal-każ tal-art tal-Lowenbrau, imma talli wieġeb għadd ta' domandi dwaru, kuntrarjament għaċ-ċaħda li għamel.
Meta mistoqsi minn illum.com.mt, dwar x'azzjoni konkreta qed jistenna li jieħu l-PN fil-konfront ta' Jason Azzopardi, il-Ministru Bonnici qal li dan għandu jitkeċċa.
Mistoqsi wkoll dwar x'inhi d-differenza bejn dan il-każ u l-każ tad-deputat Laburista Michael Falzon, Owen Bonnici qal li d-differenza hi fil-mod li kien irreaġixxa l-Prim Ministru, u fakkar li l-PM kien ħa azzjoni, u fil-fatt Falzon kien irreżenja. "Kien raġel biżżejed u rreżenja," sostna Bonnici, waqt li fakkar li l-Prim Ministru kien fetaħ każ il-Qorti biex il-proprjetà terġa' tmur lura għand il-Gvern, udak li xtara Gaffarena, jerġa' jmur lura għand l-istat.
Bonnici żied jgħid li l-Kap tal-Oppożizzjoni kien jgħid li jekk ikun hemm xi każ bħal ta' Michael Falzon, hu jkeċċi l-membru tal-Partit, imma "s'issa ma għamel xejn." Dan waqt li żied ifakkar li l-Avukat Generali kien qal li f'dan il-każ, għandha tintrefa' responsabbiltà.