Erba' pajjiżi mill-Unjoni Ewropea fost l-aktar pajjiżi li huma 'tax havens'

L-Olanda magħrufa bħala t-tielet l-aktar fid-dinja

Il-Lussemburgu, l-Irlanda, Ċipru u l-Olanda huma fost l-aktar 10 pajjiżi fid-dinja magħrufa bħala tax havens, u dan wara li l-Unjoni Ewropea qed tagħmel minn kollox biex twaqqaf l-evażjoni tat-taxxa.

Dawn l-erba' pajjiżi mill-Unjoni Ewropea ħareġ isimhom minn rapport tal-organizazzjoni karitattiva, Oxfam li jridu jesponu lil dawk l-aktar li għandhom liġijiet biex tiġi evaża t-taxxa.

Dawn il-liġijiet qed jgħinu lin-negozji l-kbar biex ma jħallsux biljuni ta’ dollari kull sena lill-pajjiż tagħhom u b’hekk is-sistema tal-ekonomija jkollha taqa’ fuq dawk il-miljuni ta’ impjegati bi dħul normali li jkollhom iħallsu t-taxxi huma biex jibbalanċjaw l-ekonomija tal-pajjiż. Dan il-piż iġorruh iċ-ċittadini li b’hekk ma jkollhom qatt l-opportunità li jistgħu xi darba jistagħnew.

Ir-ranking tal-pajjiżi l-aktar li joħolqu liġijiet favur il-korporazzjonijiet li jevadu t-taxxi huma dawn:

1.      Bermuda

2.      Il-gżejjer Cayman

3.      L-Olanda

4.      L-Iżvizzera

5.      Singapore

6.      L-Irlanda

7.      Il-Lussemburgu

8.      Curasao

9.      Hong Kong

10.    Ċipru

11.    Bahamas

12.  Jersey

13.  Barbados

14.  Mauritius

15.  British Virgin islands

L-Oxfam qalet li dawn il-liġijiet qed jġagħlu lil pajjiżi b’nuqqas ta’ dħul li ma jkollhomx nefqa kapitali favur iċ-ċittadin adekwata. Il-Lussemburgu, l-Irlanda u l-Olanda huma taħt pressjoni mill-Unjoni Ewropea billi qed jiġu akkużati li qed joffru ‘deals’ ħelwin favur kumpaniji Internazzjonali. L-Irlanda diġa kellha struzzjonijiet mill-EU bie xjiġbru 13-il biljun ewro mingħand Apple li fl-2014 ibbenefikaw minn taxxa ta’ 0.005% biss.

Dawn għadhom isiru anke wara l-Luxleaks u l-Panama Papers li qed juru li huma l-ħafna li qed jagħmlu minn kollox biex jevadu t-taxxa.

 

More in Politika