L-ewwel studju dwar l-industrija tal-bini f’pajjiżna

L-MDA tikkummissjona l-ewwel studju tat-tip tiegħu f'pajjiżna

Studju kkummissjonat mill-Malta Developers Association se jeżamina l-impatt ekonomiku u l-ammont ta’ xogħol li tiġġenera l-industrija tal-bini. Dan l-istudju xjentifiku ser jsir mill-KPMG u għandu jitlesta fi żmien sitt xhur u jibqa’ għaddej rikorrenti għal tliet snin.

Waqt ċerimonja f’Kastilja li timmarka l-iffirmar tal-bidu ta’ dan l-istudju, il-Prim Minisru Joseph Muscat qal li l-Gvern jappoġġja dawn l-inizjattivi li juru l-għaqal tal-MDA li mhux tara biss il-boom ta’ bħalissa fl-industrija tal-bini imma qed tħares fit-tul.  Dan l-istudju juri ukoll ir-responsabilta’ tal-banek Maltin li qabel isellfu nvestituri jagħmlu r-riċerka tagħhom u b’hekk huma banek b’saħħithom.

Il-fatt li l-għada tal-presidenza qegħdin nassistu għal din l-inizjattiva huwa sinjal ċar ta’ kemm il-Gvern ser jibqa’ jagħti kas il-kwistjonijiet lokali speċjalment fir-rigward ta’ din l-industrija li hi kruċjali għall-ekonomija u għal pajjiżna. F’dawn l-aħħar tlett snin din l-industrija żiedet mad-disa’ mitt ħaddiem. Il-Prim Ministru għalhekk enfasizza fuq l-importanza tas-sistema tal-iskill cards u ir-riforma fl-edukazjzoni sekondarja biex jerġgħu jidħlu s-suġġetti tal-isnajja .

Iżda xorta m’hawnx biżżejjed ħaddiema Maltin li jaħdmu f’din l-industrija  u għalhekk irridu nħarsu lejn sistemi li ma joħolqux abbuż biex jaħdmu ħaddiema barranin u neliminaw is-sistema tat-tielet dinja li teżisti preżentament. Il-Prim Ministru ħabbar li dalwaqt ser jiġi ppublikat tender biex jinħoloq job brokerage office fejn  persuni minn diversi oqsma  jixtru s-servizzi li jistgħu jagħtu immigranti.

Filwaqt li ħabbar li l-Awtorita tal-Artijiet ser titwaqqaf fiż-żmien li ġej, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li rridu nenfasizzaw is-saħħa u s-sigurta’ fuq siti ta’ kostruzzjoni għax qed nisimghu b’diversi mwiet li jseħħu f’dan il-qasam.

Minn naħa tiegħu l-President tal-MDA Sandro Chetcuti qal li kien ilu jinħass il-bżonn ta’ dan l-istudju biex jagħti stampa ċara fuq din l-industrija.

David Pace, li huwa partner tal-KPMG u li ser jagħmlu dan l-istudju sostna li din ir-riċerka kienet ilha tiġi diskussa iżda kien hemm bżonn li jingħaqdu ċertu stakeholders biex isseħħ.

More in Politika