"Il-proġett tal-kappara se jjitlesta sal-aħħar tal-2017, u kollox miexi skont il-pjanijiet u fil-limiti tal-baġit allokat għall-proġett."
Dan sostnieh il-Ministru tat-Trasport Joe Mizzi li stqarr li “s’issa 40% tal-proġett lest, u se jibdew jiġu nstallati s-servizzi tad-dawl u l-ilma fuq in-naħa tal-Gzira u jingħata bidu għax-xogħol ta’ asfaltar.”
Il-Ministru qal dan waqt konferenza għall-aħbarijiet fuq is-sit fejn qed isiru x-xogħolijiet fil-Kappara. Ix-xogħol fuq dan il-proġett beda f’Mejju tal-2016, bi spiża ta’ €23 miljun, b'fondi addizzjonali ta’ €3 miljuni allokati għall-espropjazzjoni ta’ proprjetà u manigjar tat-traffiku.
Mizzi qal li hekk kif jispiċċa x-xogħol fuq il-proġett tal-Kappara fl-aħħar tal-2017, jibda’ immedjatament ix-xogħol fuq il-proġett tal-Marsa.