'Jien għandi l-appoġġ sħiħ tal-Partit '

'Il-PN kien warajja meta għaddejt mill-kalvarju, aħseb u ara llum li l-agħar għadda' - Mario De Marco

Mario De Marco, Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista
Mario De Marco, Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista

Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Mario De Marco aċċerta, fid-dawl tal-attakki jew dubji li tpoġġew fuqu u fuq l-abbiltà li jokkupa l-kariga ta' Viċi Kap, li l-PN jinsab warajh. Ikkuntattjat mill-illum.com.mt De Marco sostna li hu dejjem kellu l-appoġġ tal-Partit Nazzjonalista. 'Tul iż-żmien kollu li jien kelli problemi f'saħħti,' kompla jgħid De Marco ma' dan is-sit, 'dejjem kelli l-appoġġ tal-partit. Aħseb u ara issa li l-agħar għadda.' 

'Nista' nassigurak,' sostna l-Viċi Kap tal-PN, 'li l-partit kien miegħi u kienu ħafna dawk li ħadu paċezja bija, ma nħossx u ma jidhirlix li s-sitwazzjoni nbidlet illum.' 

Intant dan is-sit fakkar li d-dubji dwar l-abbiltà li jokkupa l-irwol ta' Viċi Kap ma' kienux ġejjin mill-Partit Laburista, imma mill-Partit Nazzjonalista jew nies qrib tiegħu. Dan is-sit jistaqsih x'jaħseb dwar l-istess dubji fuq il-kariga li jokkupa. "Jien nirrispetta l-opinjoni ta' kulħadd, naturalment ma jfissix li naqbel ma' dik l-opinjoni," wieġeb diplomatikament. 

Dak li kiteb Mario De Marco
Dak li kiteb Mario De Marco

Intant, il-Ministru Owen Bonnici argumenta li hu, bħala Deputat u membru tal-Gvern Laburista, wera iktar solidarjetà ma' Demarco milli wera il-Kap tal-PN, Simon Busuttil, jew kif sejjaħlu fuq kumment fuq Facebook, il-Partit ta' Salvu Mallia.

Partit Laburista: 'Simon jarmi lil De Marco u jaqbeż għal Salvu'

Intant fi stqarrija l-Partit Laburista akkuża lil Simon Busuttil illi 'ma sabx problema li jaqbeż għal Salvu Mallia minkejja d-diskors inaċċetabbli bħal li Hitler huwa ‘progressiv’ minkejja li dan id-ditattur wettaq attroċitajiet kbar, iżda ma sabx ħin biex ilissen kelma u jikkundana l-attakk fuq Mario DeMarco biex spiċċa remih.'

'Din hija prova oħra li l-klikka estremista ħadet over,' kompla jgħid il-Partit Laburista, li sostna wkoll illi, 'Simon Busuttil qed jaqbeż għal min qed iwettaq attakki bla skrupli.' 

 

Simon Busuttil ma jikkundannax l-attakki fuq De Marco

More in Politika