L-għaqda Ambjentalista Din l-Art Ħelwa qegħda tikkundanna l-attentat li għamlet l-Awtorità tal-Ippjanar biex ma tħallix l-NGOs jappellaw għad-deċiżjoniiet fit-Tribunal tal-Ambjent u l-Ippjanar.
Dan qalithu l-għaqda fi stqarrija, b'reazzjoni għad-deċiżjoni li ħa t-tribunal aktar kmienu llum, li kkonferma li l-NGOs għandhom infatti d-dritt jappellaw għad-deċiżjonjiet tal-Awtorità tal-Ippjanar.
Din l-Art Ħelwa jsostnu li din il-konferma tat-Tribunal lanqas biss kienet neċessarja, hekk kif id-dritt li jappellaw kien ingħata mill-Gvern sena ilu bħala wieħed mill-benefiċċji tas-sistema legal tal-Ippjanar il-ġdida. L-għaqda sostniet ukoll li d-dritt li tintalab ġustizzja fuq kwistjonijiet ambjentali huwa wkoll wieħed mill-prinċipji tal-Konvenzjoni ta' Aarthus kif ukoll il-Leġislazzjoni tal-UE.
L-istqarrija maħruġa mill-għaqda sostniet li l-Awtorità tal-Ippjanar falliet milli tiddefendi l-interess pubbliku, bl-għotja unaċċettabli tal-permessi biex jinbnew numru ta' torrijiet għoljin f'diversi lokalitajiet f'Malta, imbgħad pruvat issikket lil dawk il-gruppi li privaw jiddefendu l-interessi tal-pubbliku huma.
Din l-Art Ħelwa provdiet ukoll dawn ir-ritratti b'dehra artistika tat-torrijiet, li juru l-impatt viżiv li t-torrijiet għoljin, se jħallu meta wieħed iħares lejn il-Belt minn postijiet differenti, inkluż l-Imdina.