[Aġġornata] Simon fil-kurituri tal-Parlament Ewropew....bejn il-PPE u Konrad Mizzi

Il-Kap tal-Oppożizzjoni bħalissa jinsab fil-Parlament Ewropew, ftit sigħat biss qabel Konrad Mizzi jkun iffaċċjat mill-Membri Parlamentari Ewropej - l-illum.com.mt titkellem mal-Kap tal-Oppożizzjoni fi Brussell

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil bħalissa  jinsab fi Brussell, ftit sigħat qabel ma Konrad Mizzi jiffaċċja l-Parlament Ewropew
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil bħalissa jinsab fi Brussell, ftit sigħat qabel ma Konrad Mizzi jiffaċċja l-Parlament Ewropew

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil bħalissa jinsab fil-Parlament Ewropew, fejn mistenni jiltaqa' wkoll mal-Membri Parlamentari Ewropej Nazzjonalisti u dan ftit sigħat biss qabel ma' Konrad Mizzi jiffaċċja l-Parlament Ewropew. Kuntrarjament għall-Ministri l-oħrajn, Mizzi mistenni jkollu preżentazzjoni diffiċli, b'ħafna mill-mistoqsijiet jiffukaw fuq il-Panama, aktar milli fuq il-qasam tal-enerġija. 

Jidher illi minkejja li Busuttil jinsab Brussell bħala 'żjara' li fiha se jiltaqa' maċ-chairman tal-Partit Popolari Ewropew Manfred Weber  u mal-President tal-Parlament Ewropew Antonio Tajani, din iż-żjara kienet skedata b'mod illi Busuttil ikun preżenti fil-Parlament Ewropew meta Konrad Mizzi, mistenni jaqla' baraxx mistoqsijiet u anke kritika dwar il-kont li fetaħ fil-Panama. 

Fuq quddiem mistenni jkun hemm, kif mistenni l-PPE u l-MPE Nazzjonalisti, fil-kritika lejn Mizzi. 

Busuttil: 'Muscat mhux Malta u l-ġid ta' Malta mhux il-ġid ta' Muscat'

Intant f'kummenti esklussivi lil dan is-sit il-Kap tal-Oppożizzjoni saħaq illi ladarba l-PM Joseph Muscat għażel lil Konrad Mizzi biex ikun il-Ministru li jmexxi l-kwistjoni tal-enerġija matul il-Presidenza , mela allura il-każ tal-kont fil-Panama m'għadhiex kwistjoni nazzjonali imma saret waħda Ewropea. 'Dak li mhux aċċettabbli u li jien ma naċċettax f'pajjiżna mhux se naċċettah f'l-Ewropa anqas' sostna l-Kap tal-PN mal-illum.com.mt. 

Busuttil qal li jekk hemm xi ħadd li qed jagħmel il-ħsara lill-pajjiżna dan huwa Joseph Muscat, mhux hu. 'Joseph Muscat mhux Malta u l-ġid ta' Malta mhux il-ġid ta' Joseph Muscat,' tenna Busuttil. 

Intant hu kkonferma li l-preżenza tiegħu fi Brussel illum hija biex jiltaqa' ma' Tajani, li ddeskrivieh bħala ħabib kbir ta' pajjiżna u biex jipprepara wkoll għall-Kungress tal-PPE li se jsir f'pajjiżna fl-aħħar ta' Marzu li ġej. 

 

'Muscat mhux Malta' - L-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil jgħid lill-ILLUM
'Muscat mhux Malta' - L-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil jgħid lill-ILLUM

More in Politika