Is-sentiment tal-lemin qed jikber fl-Ewropa... u fil-Ġermanja jipprotestaw kontrih

F'Koblenz, fil-Ġermanja aktar minn 3,000 dimostrant inġabru biex jipprotestaw kontra l-preżenza tal-mexxejja tal-lemin estrem mill-Ġermanja, Franza, l-Olanda u l-Italja, hekk kif is-sentiment tal-lemin qiegħed jiżdied fl-Ewropa

Aktar minn 3,000 dimostrant inġabru f’Koblenz, fiċ-ċentru tal-Ġermanja
Aktar minn 3,000 dimostrant inġabru f’Koblenz, fiċ-ċentru tal-Ġermanja

Aktar minn 3,000 dimostrant inġabru f’Koblenz, fiċ-ċentru tal-Ġermanja nhar is-Sibt li għadda biex jipprotestaw kontra l-preżenza tal-mexxejja tal-lemin estrem mill-Ġermanja, Franza, l-Olanda u l-Italja.

Il-laqgħa, bit-tema ‘Ħelsien għall-Ewropa', ġiet organizzata minn Marcus Pretzell, il-mexxej Ġermaniż tal-Lemin estrem li qed jittama li jitla’ fil-Bundestag f’Settembru li ġej. Id-dimostranti kkundannaw l-ideat antiki u perikolużi li qed jiżirgħu l-mexxejja tal-lemin. Il-Mexxejja tal-Lemin infexxew f’rettorika kontra l-immigranti.

Din l-informazzjoni tħabbret permezz ta' ittra elettronika ppublikata minn Alfred Sant, il-MPE Kap tad-Delegazzjoni Maltija tas-Soċjlaisti u d-Demokratiċi.

Sant żied jikteb dwar kif Marine Le Pen għall-Front Nazzjonali Franċiż, stiednet liċ-ċittadini Ewropej biex ‘iqumu’ u jimxu fil-passi tal-Istati Uniti u tar-Renju Unit.

L-Olandiż Geert Wilders tal-Partit tal-Liberta` wkoll issellef il-lingwaġġ ta’ Trump u wiegħed li pajjiżhom se jkun b’saħħtu għal darba oħra.

Matteo Salvini tal-Lega Nord kompli jżid id-doża kontra l-immigranti.

Marcus Pretzell uża l-istess lingwaġġ li uża Trump ġranet qabel.  Pretzell akkuża lill-Kanċilliera Ġermaniża li “daħħlet mijiet ta’ eluf ta’ refuġjati kontra r-rieda tal-poplu Ġermaniż”. Fil-Ġermanja l-lemin estrem qed jipprova jakkwista 14% tal-voti f’Settembru biex jidħol fil-Bundestag. It-tattika hija kummenti provokattivi ta’ membru tal-partit li sa ftit ilu ma kinux soċjalment aċċettabbli. Il-mexxejja tal-lemin jikkundannaw nofs qalb ir-rimarki, iżda jittollerawhom, bit-tama li l-istess kummenti jkunu aċċettati u jintużaw miċ-ċittadini komuni fil-vokabularju tagħhom.

Din is-sena jsiru l-elezzjonijiet fi Franza, fil-Ġermanja u fl-Olanda.

More in Politika