Il-proġett tal-Marsa pjanat li jibda din is-sena

L-Awtorità tal-Ippjanar tapprova l-proġett tal-Junction tal-Marsa, li se jibda' din is-sena u se jdum sentejn u nofs biex jitlesta

L-Awtorità tal-Ippjanar approvat il-proġett tal-Junction tal-Marsa, li mistenni jibda aktar kmieni din is-sena wara li jitlesta l-proġett tal-Kappari. Il-proġett tal-Marsa mistenni li jkun lest fi żmien sentejn u nofs, u li permezzz tiegħu se jittaffew il-problemi tat-traffiku li jinħolqu kuljum f'salib it-toroq ħdejn iċ-ċimiterju tal-Addolorata.

Bl-istess mod bħal ma sar tul ix-xogħolijiet fuq fil-Kappara, tul ix-xogħolijiet fil-Marsa, is-sewwieqa se jkunu infurmati dwar l-użu ta' toroq u rotot alternattivi, anke permezz ta' kampanja ta' informazzjoni dwar ir-rotot.

Transport Malta ħabret li għal dan il-proġett kisbet finanzjament ta' €39 miljun minn fondi tal-Unjoni Ewropea, li ġie magħżul fost 31 proġett li se jikkwalifikaw għal ko-finanzjament ta' 85%

Parti mill-proġett tal-Junction tal-Marsa se tkun jikkonsisti fi tliet pontijiet pedonali, kif ukoll passaġġ li jgħaddi minn taħt l-art. F'dan il-proġett se jkun hemm maħsub ukoll 'Park & Ride' b'290 post ta' parkeġġ.

Transport Malta qalet li dan il-proġett se jkun qiegħed jindirizza żona problematika tat-traffiku f'Malta li tikkontribwixxi għal konġestjoni tat-traffiku kuljum.

More in Politika