'Il-kerrejja diskriminati b'kontijiet tad-dawl u l-ilma għola...'

Il-Partit Demokratiku jitlob lill-Gvern biex jieħu azzjoni dwar il-kontijiet tad-dawl u l-ilma diskriminatorji mħallsa minn dawk li jikru proprjetà

Il-Partit Demokratiku jitlob lill-Gvern biex jieħu azzjoni immedjata ta' prattiċi diskriminatorji mill-ARMS Limited fejn jidħlu ħlas ta' dawl u ilma fil-konfront tal-kerrejja. Il-PD jixtieq jfakkar lill-gvern, b'mod partikolari lill-Ministru Konrad Mizzi li kienet wegħda tal-istess gvern li se titieħed azzjoni f'dan ir-rigward. Dan ukoll wara li nstab li Malta kienet qegħda tmur kontra l-liġi tal-UE.

Il-PD jsostni li l-kerrejja qegħdin jiġu ddiskriminati billi dawna qegħdin iħallsu sa 50% iktar fuq kontijiet tal-ilma u l-elettriku meta huma qegħdin jiġu mniżżla taħt 'rati domestiċi' minflok 'rati residenzjali' kif jiġri fil-każ ta' sidien ta' djar għar-residenza primarja tagħhom.

Dan ifisser li l-kerreja qegħdin iħallsu daqs li kieku l-appartment li qed jgħixu fih huwa t-tiena residenza tagħhom, flok l-unika waħda li jgħixu fiha.

Billi ħafna proprjetajiet li huma mikrija ma jkunux iddikjarati mis-sidien, l-ARMS qegħda tkompli żżid il-piż fuq il-kerrejja meta qegħda ġġelgħom iħallsu iktar fuq il-kontijiet tal-utilità.

Il-PD jgħid li ninsabu f'sitwazzjoni fejn il-kerrejja qegħdin jesperjenzaw kirijiet li iktar ma' jmur iż-żmien iktar qegħdin jgħolew u fl-istess ħin qegħdin ikollhom iħallsu iktar għax l-aġenzija tal-gvern għadha ma rrimdejatx is-sitwazzjoni. 

More in Politika