Fl-2016, kien hemm 423 każ ta’ bbuljar bejn studenti mill-iskejjel tal-Gvern li ġew irrapportati lill-Anti-Bullying Services fi ħdan is-Servizzi Edukattivi Psikosoċjali. Din kienet żieda ta’ 150 każ iktar fuq dawk irrappurtati fl-2015, li matulha kien hemm 273 każ irrappurtat. Fl-2014 kien hemm 259 każ ta’ bullying irrappurtat lill-Anti-Bullying Services fi ħdan is-Servizzi Edukattivi Psikosoċjali.
Dan żvelaħ il- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, Evarist Bartolo bi tweġiba għal mistoqsija Parlamentari mressqa lilu mid-Deputata Nazzjonalista Paula Mifsud Bonnici.