'Il-prezz għoli tal-kirjiet ma jissolvix billi jiġu ntaxxati l-proprjetajiet vojta'

Johanna Axisa McRae titkellem mal-ILLUM dwar il-problema fil-prezz tal-kirjiet, l-isfidi li jiffaċċjaw dawk li qed jikru u suġġerimenti ta' soluzzjonijiet li mhu se jsolvu xejn

Johanna Axisa McRae  - Attivista favur id-drittijiet ta’ min jikri
Johanna Axisa McRae - Attivista favur id-drittijiet ta’ min jikri

Nintaxxaw jew ma nintaxxawx il-proprjetà vojta?

Wara proposta ta' Carmel Cacopardo, il-Viċi Chairman tal-Alternattiva Demokratika, li qal li waħda mis-soluzzjonijiet biex tiġi indirizzata l-problema tal-prezzijiet tal-kirjiet għoljin hija li l-proprjetà li tkun vojta għal perjodu ta’ ħames snin jew iktar, tiġi ntaxxata, l-ILLUM talbet l-opinjoni ta’ nies li b’xi mod huma involuti fis-suq tal-proprjetà. Fost dawn, l-ILLUM għamlet kuntatt ma’ Sandro Chetcuti mill-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi Maltin(MDA), aġenti tal-proprjetà, ma' Johanna Axisa McRae, attivista favur id-drittijiet ta’ min jikri, kif ukoll l-opinjoni taż-żewġ partiti politiċi l-kbar.

Johanna Axisa McRae, li hi attivista voċifera favur id-drittijiet ta’ min jikri u dwar il-bżonn ta’ leġiżlatura dwar il-kirjiet, temmen li filwaqt li hu tajjeb li ma jkunx hawn proprjetà vojta, il-proposta biex dik li titħalla vojta għal ħames snin jew aktar għandha tkun intaxxata, mhux is-soluzzjoni għas-sitwazzjoni tal-kiri f’Malta, li hija ddeskriviet bħala “problema kumplessa li diffiċli tissolva.”

McRae temmen li s-sussidji offruti mill-gvern għall-każi soċjali bilkemm jibdew biex tissolva l-problema, għax il-kwistjoni tal-kirjiet għoljin taffetwa faxex differenti, mhux dawk bi qligħ baxx biss.

McRae qalet li ż-żewġ partiti iridu jifhmu li l-problema hija ħafna ikbar biex tissolva b’sussidju żgħir lil faxxa waħda tas-soċjetà, jew billi jiġu ntaxxati l-propretajiet vojta.

“Gvern responsabbli u progressiv irid jagħmilha ċara li filwaqt li d-drittijiet ta’ min jikri jkunu rispettati, l-istess irid ikun għad-drittijiet umani fil-bżonn li ħaddiem ikun jista’ jħallas għal post fejn jgħix.”

McRae sostniet li jekk mhux se jiżdiedu l-pagi, irid isir xi forma ta’ ‘capping’ u kontroll fuq il-prezzijiet tal-kirjiet li tirrifletti l-paga medja tal-maġġoranza tal-ħaddiema, u mhux ta’ minoranza li jifilħu jħallsu.

“Il-pajjiż għandu bżonn riforma totali tal-liġijiet tal-kiri. Biex jiġu salvagwardjati l-interessi ta’ dawk li jikru,” temmet tgħid Joanna McRae.

 

Il-proposta ta’ Cacopardo hija diskutibbli imma mhux effettiva

Silvio Schembri – Deputat Laburista
Silvio Schembri – Deputat Laburista

Id-Deputat Laburista Silvio Schembri, kien wieħed mill-ewwel li ta reazzjoni għall-istqarrija tal-Prim Ministru Muscat dwar is-suq tal-kirjiet privati u dwar il-possibbiltà li jiġu regolarizzati l-affarijiet jekk ma tinstabx soluzzjoni.

Mistoqsi mill-ILLUM dwar il-proposta ta’ Cacopardo dwar l-intaxxar tal-proprjetjiet li mhumiex fuq is-suq, Schembri sostna li din hija waħda diskutibbli imma mhux effettiva. “Naturalment,” qal Schembri, “din tista’ tiġi diskussa biex wieħed jipprova jieħu l-benefiċċju ambjentali minnha, biex ma jitlax bini għal fini ta’ spekulazzjoni.”

Schembri jemmen li taxxa fuq il-proprjetà magħluqa mhux soluzzjoni effettiva, għax bil-prezzijiet tal-kirjiet kif inhuma bħalissa, fejn sempliċiment kamra biss tinkera għal €400 fix-xahar, huwa ma jimmaġinax kif sid ta’ proprjetà se jħalliha vojta.

Schembri żied jgħid li jemmen li ħafna mill-proprjetà li qed isemmi Cacopardo, jew ma tistax toħroġ fis-suq minħabba l-istat li qiegħda fiha jew hija mwaħħla bi problemi ta’ wirt. Huwa ma jaħsibx li ċ-ċifra ta’ madwar 60,000 proprjetà vojta, li tista’ toħroġ fis-suq hija reali.

 

Il-Partit Nazzjonalista ma jaqbilx ma' taxxa fuq il-proprjetà vojta

Intant, meta mistoqsi għall-opinjoni tiegħu dwar din il-proposta, il-Partit Nazzjonalista wieġeb li ma jaqbilx li tidħol taxxa fuq il-proprjetà vojta. Kelliem għall-Partit qal li, “din hija proposta li diġà kien semma Joseph Muscat xi żmien ilu u l-Partit Nazzjonalista digà għamilha ċara li ma jaqbilx magħha.

More in Politika