filmat | Il-mexxejja tal-UE f'Malta għal summit biex jiddiskutu l-immigrazzjoni u l-futur tal-UE

Fost il-prijoritajiet tas-diskussjoni, se jkun hemm ir-relazzjoni tal-UE ma' partijiet oħra tad-dinja fosthom l-Amerika

Il-PM Joseph Muscat mal-President tal-Kummissjoni Ewropea Donald Tusk..warajhom il-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel
Il-PM Joseph Muscat mal-President tal-Kummissjoni Ewropea Donald Tusk..warajhom il-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel

Il-mexxejja minn 28 pajjiż tal-Unjoni Ewropea, jinsabu f'pajjiżna għas-summit informali, li qed isir f'Malta, bħala parti mill-Presidenza tal-Kunsill tal-UE. 

Il-mexxejja mistennijja jkollhom aġenda mimlija, bit-temi li għandhom jiddominaw, ikunu l-futur tal-Unjoni Ewropea u l-immigrazzjoni. Malta diġà għamlitha ċara li din tal-aħħar se tkun prijorità fid-diskussjonijiet li l-pajjiż se jkun qed imexxi.

Matul il-ġurnata, il-mexxejja se jiddiskutu wkoll ir-relazzjoni tal-grupp Ewropew f'fora internazzjonali, partikolarment maċ-Ċina, mar-Russja u anke mal-Amerika, bil-mexxej il-ġdid, Donald Trump.

Se jiġi wkoll diskuss dak li se jkun qed jiġi mħejji bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet għas-60 sena anniversarju mit-trattat ta' Ruma. Għal din il-parti, mhux se tkun qed tattendi l-Prim Ministru Ingliż, Theresa May.

More in Politika