F'kumment miktub fuq il-paġna facebook tagħha, l-attivista favur id-drittijiet tal-inkwilini, Johanna Axisa McRae qegħda taqsam il-kurżità u d-diżappunt tagħha għall-mod kif il-media, partikolarment dik Nazzjonalista bħalissa qegħda tagħti attenzjoni eċċessiva għal kwisjionijiet superfiċjali li hi ddeskriviet bħala "tabloid" jew "gossip" (zekzik) meta l-pajjiż bħalissa għandu problemi ħafna ikbar li għandhom jiġu ndirizzati.
McRae staqsiet jekk il-PN hux qiegħed deliberatament jiddevja l-attenzjoni mill-problemi reali permezz ta' spettakli mogħtija fuq skandli dwar il-ħajjiet personali ta' deputati, flok jindirizza l-problemi reali li jiffaċċja kuljum il-poplu.
"Fi żmien fejn il-pajjiż għaddej minn kriżi kbira fis-settur tal-housing u l-Gvern qiegħed jipproponi miżuri kontra l-immigranti, dan huwa l-aħjar li l-PN jista' jagħmel bħala oppożizzjoni?" tistaqsi McRae
Meta tkellmet mal-ILLUM, McRae qalet li ma tistax tifhem jekk il-PN tilifx id-direzzjoni kompletament, jew inkella dan l-ispettaklu ta' gossip hux xi strategija misterjuża li forsi l-poplu għad irid jifhem. Hi żieded tgħid li temmen li bħala oppożizzjoni, jekk vera jridu jagħmlu impatt, ikun aħjar kieku joħroġu bi proposti intelliġenti u fattibli dwar soluzzjoni għall-problema tal-housing li hawn f'pajjiżna, li qed teffetwa b'mod ikrah eluf ta' Maltin.