Il-President tal-Kunsill tal-Partit Nazzjonalista, Ann Fenech għażlet li tirridikola u twaqqa fil-baxx bil-kliem ta’ komuni u ħamallu, il-ħanut tal-pastizzi fir-Rabat li jiffrekwentawh eluf u eluf ta’ maltin minn kull sezzjoni tal-ħajja għal dik it-tazza te u pastizz tas-serkin.
Ann Fenech qalet li l-prim ministru u martu (li hi Rabtija) ma ngħatax parir tajjeb li jieħu lil prim ministri tal-Lussemburgu, Slovenja u l-Belġju għal tazza te f’tazza tal-ħġieġ u pastizz fuq ‘paper napkin’ f’kamra mdawra bil-madum tal-kamra tal-banju. Fenech b’kumment klassist qalet li kien hemm diversi postijiet oħra tipiċi Maltin milli dan il-post ‘komuni u ħamallu (crude)’.
Sadattant il-Prim Ministru Malti weġibha hekk, “Aħna ma niddejqu xejn immorru nieħdu kikkra te’ man-nies, anzi kburin li qatt ma ninqatgħu minn man-nies. Kburin li aħna tfal ta’ ħaddiema, ta’ nies li bdew mix-xejn” qal Joseph Muscat.