Il-President tal-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista Anne Fenech marret għand tas-Serkin, il-post li kkiritikat bħala 'common and crude'. Wara kritika qawwija li kważi ma waqfet xejn u wara li kulħadd jew ħafna nies, fuq il-Facebook kien qed jitkellem dwar dawn l-imberkin pastizzi, Fenech marret tiskuża ruħha ma' Alfred Ciangura missier is-sid tal-ħanut, li ma' tantx ħa pjaċir bil-kummenti disreġġjattivi ta' Fenech.
Minkejja li ħafna setgħu ħassew li dan kien sempliċi kumment jew opinjoni, kienu ħafna dawk li ħassewhom offiżi u li ħassew ukoll illi l-kummenti ta' Fenech dwar il-ħanut illi fih il-PM Muscat ħa diversi mexxejja Ewropej, kienu mill-aktar offensivi. Fost il-baraxx kritika li qalgħet Fenech, kien hemm timbri ta' 'elistista' u 'maqtugħa mir-realtà tal-ħaddiema'. Diversi nies mir-rabat ukoll ħassewhom offiżi ħafna.